3.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Consejo Regulador del Cava vs EUIPO – Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires (CAVE DE TAIN)
(Kawża T-774/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAVE DE TAIN - Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘cava’ - Kunċett ta’ ‘evokazzjoni’ ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”))
(2018/C 311/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Consejo Regulador del Cava (Villafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires (Tain-L’Hermitage, Franza) (rappreżentant: J.-P. Stouls, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 (Każ R 980/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Consejo Regulador del Cava u Cave de Tain-L’Hermitage, union des propriétaires.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Consejo Regulador del Cava huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy