18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell. Insulation Technology Made in Sweden)
(Kawża T-777/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea iCell Insulation Technology Made in Sweden - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Isocell, trade mark verbali internazzjonali preċedenti Isocell u trade marks internazzjonali u nazzjonali preċedenti ISOCELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 437/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Isocell GmbH (Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: iCell AB (Älvdalen, l-Iżvezja) (rappreżentant: J. Kroher, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 (Każ R 181/2006-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Isocell u iCell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Isocell GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 14, 16.1.2017.