13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Lampa f’forma ta’ stilla)
(Kawża T-779/16) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa f’forma ta’ stilla - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))
(2017/C 382/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Lothar Rühland (Wendeburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: 8 seasons design GmbH (Eschweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tmien Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2016 (Każ R 878/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjon ta’ invalidità bejn 8 seasons design u L. Rühland.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lothar Rühland huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 14, 16.1.2017.