4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Lulju 2017 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert)
(Kawża T-780/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea mediaexpert - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti mediaexpert - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti - Ċertifikat ta’ reġistazzjoni tat-trade mark preċedenti - Traduzzjoni - Regoli 37 sa 39 u regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Aspettattivi leġittimi”))
(2017/C 293/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mediaexpert sp. z o.o. (Varsovie, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mediaexpert S.A. (Warszawa)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2583/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mediaexpert sp. z o.o. u Mediaexpert S.A.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mediaexpert sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017