22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – De Geoffroy et vs Il-Parlament
(Kawża T-788/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Adozzjoni ta’ linji gwida ġodda tal-Parlament dwar il-ġestjoni tal-leave - Deċiżjonijiet individwali li jadottaw il-linji gwida l-ġodda fid-dipartimenti tal-interpretazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Interess tas-servizz - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))
(2018/C 381/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dominique De Geoffroy (Brussell, il-Belġju) u l-14-il rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment N. de Montigny u J.-N. Louis, sussegwentement N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tal-linji gwida tal-Parlament tal-21 ta’ Marzu 2016 dwar l-implimentazzjoni, għad-Dipartimenti ta’ Interpretazzjoni, tal-Artikolu 4(5) tar-regoli interni dwar il-ġestjoni tal-leave, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ April 2016 li taċċetta t-talba għal leave ta’ Françoise Joostens, iżda li tintegra l-ġranet tal-leave mitluba f’kwota ta’ tliet ijiem u nofs, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-2 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn F. Joostens u, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn Stéphane Grosjean.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ġunju 2016 li tirrifjuta leave mitlub minn Stéphane Grosjean hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 14, 16.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy