6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)
(Kawża T-789/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea INVOICE AUCTION - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 374/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: InvoiceAuction B2B GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2201/2015-1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv INVOICE AUCTION bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
InvoiceAuction B2B GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 14, 16.1.2017.