12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2017 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (OJO sunglasses)
(Kawża T-792/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea OJO sunglasses - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti oio - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 052/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: N & C Franchise Ltd (Nicosia, Ċipru) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eschenbach Optik GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2016 (Każ R 32/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eschenbach Optik u N&C Franchise
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
N & C Franchise Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.