19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets)
(Kawża T-793/16) (1)
((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ preżentazzjoni għall-kornets - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Bulgarija preċedenti - Raġunijiet għal invalidità - Użu, fid-disinn sussegwenti, ta’ sinjal distintiv li l-proprjetarju għandu d-dritt jipprojbixxi l-użu tiegħu - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 - Obbligu ta’ diliġenza - Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))
(2018/C 104/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Kostov, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1143/2015-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret u E. Zaharieva.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1143/2015-3) hija annullata.
2)
It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn irreġistrat bin-numru 002343244-0002 hija milqugħa.
3)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Bord tal-Appell.
4)
Elka Zaharieva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy