19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)
(Kawża T-795/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva CRABS - Reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti tat-trade mark figurattiva РАКОВЫЕ ШЕЙКИ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 104/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler, M. Geitz u J. Stock, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2507/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” u Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen”.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy