22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Hanso Holding vs EUIPO (REAL)
(Kawża T-798/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva REAL - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat mill-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001)”)))
(2018/C 022/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hanso Holding AS (Tromsø, in-Norveġja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2405/2015-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv REAL bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hanso Holding AS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 6, 9.1.2017.