29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 — Xiaomi vs EUIPO — Dudingen Develops (MI)
(Kawża T-799/16) (1)
(“'Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MI - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti MI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”)
(2019/C 148/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Xiaomi Inc. (Bejing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Dudingen Develops, SL (Leganés, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 (Każ R 337/2016-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Xiaomi u Dudigen Develops.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Settembru 2016 (Każ R 337/2016-4) hija annullata sa fejn ċaħdet l-appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-rikors kontra l-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MI bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għat-“tagħmir għal kondjuwits tal-elettriku [kejbils]”, il-“kejbils għall-elettriku”, il-“kejbils tal-elettriku iżolati”; il-“kejbils ta’ konnessjoni”; il-“konnetturi tal-kejbils”; l-“adatturi”, l-“adatturi għall-elettriku”; l-“adatturi tal-ivvjaġġar għall-plakek tal-elettriku”, l-“adatturi sabiex jiġu konnessi hearing aids mat-telefons” u l-“kejbils għal estensjoni”; fil-klassi 9, kif ukoll għall-“barżakki”, il-“barżakki tad-dahar żgħar” u l-“basktijiet għax-xabbata”, fil-klassi 18.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Xiaomi Inc. għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO.
4)
L-EUIPO għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Xiaomi.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy