Kawża T-801/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Fedtke vs KESE (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Irtirar — Età tal-irtirar — Talba għal estensjoni fis-servizz — L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 52 tal-Istatut. — Interess tas-servizz — Att purament konfermattiv — Fatti ġodda u sostanzjali — Ammissibbiltà”)
C2402018MT3710120180529MT0039371371
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Fedtke vs KESE
(Kawża T-801/16) ( 1 )
“(“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Irtirar — Età tal-irtirar — Talba għal estensjoni fis-servizz — L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 52 tal-Istatut. — Interess tas-servizz — Att purament konfermattiv — Fatti ġodda u sostanzjali — Ammissibbiltà”)”2018/C 240/39Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentant: M. -A. Lucas, avukat)
Konvenuti: Comité économique et social européen (CESE) (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament tad-deċiżjoni tal-KESE fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti intiża għaż-żamma f’impjieg attiv sal-età ta’ 66 sena.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ingrid Fedtke hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati ma’ din il-kawża kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU C 320, 28.9.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-107/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).
Full & Egal Universal Law Academy