Kawża T-803/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]
C2492018MT2520120180606MT0031252262
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2018 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)
(Kawża T-803/16) ( 1 )
“[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SALMEX — Trade mark nazzjonali tridimensjonali preċedenti — Kompetenza tal-Bord tal-Appell sabiex jeżamina ex officio l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]”2018/C 249/31Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Baran, T. St Quintin, S. Wickenden, barristers, E. Morris u R. Jacob, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Celon Pharma S.A. (Łomianki, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krasiński, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaxo Group u Celon Pharma.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2108/2015-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Glaxo Group Ltd matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
3)
Celon Pharma S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy