30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — IPPT PAN vs Il-Kummissjoni u REA
(Kawża T-805/16) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt u Seba’ Programm qafas ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Deċiżjoni ta’ rkupru permezz ta’ tpaċija ta’ krediti tal-Unjoni abbażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt ta’ riferiment lill-Ombudsman - Regolament finanzjarju - Natura ċerta ta’ kreditu - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà kuntrattwali - Rapport ta’ verifika - Spejjeż eliġibbli”)
(2019/C 328/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Instytut Podstawowych Problemów Techniki Polskiej Akademii Nauk (IPPT PAN) (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Siekierzyńska u P. Rosa Plaza, sussegwentement minn M. Siekierzyńska u F. Van den Berghe, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Intervenjenti, insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Settembru 2016 għall-irkupru tal-allegati krediti tagħha fir-rigward tar-rikorrent abbażi ta’ żewġ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni permezz ta’ tpaċija mas-somom dovuti mir-REA lir-rikorrent abbażi ta’ ftehim ta’ għotja konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza tal-allegati krediti tal-Kummissjoni abbażi ta’ żewġ kuntratti konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas iċċitat iktar ’il fuq u sabiex il-Kummissjoni u r-REA jiġu kkundannati sabiex iħallsuh is-somma ta’ EUR 69 623.94 abbażi ta’ ftehim ta’ għotja konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas iċċitat iktar ’il fuq, kif ukoll l-interessi moratorji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Instytut Podstawowych Problemów Techniki Polskiej Akademii Nauk (IPPT PAN) għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA).
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż sostnuti mill-IPPT PAN.
4)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy