4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-811/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Esperjenza professjonali - Responsabbiltà”))
(2019/C 44/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali abbażi ta’ eżamijiet EPSO/AST-SC/03/15, tal-10 ta’ Awwissu 2016, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani tal-grad SC 1, fil-qasam tal-appoġġ finanzjarju, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali abbażi ta’ eżamijiet EPSO/AST-SC/03/15, tal-10 ta’ Awwissu 2016, li Danilo Di Bernardo ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani tal-grad SC 1, fil-qasam tal-appoġġ finanzjarju, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 30, 30.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy