29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2017 – For Tune vs EUIPO – Simplicity trade (opus AETERNATUM)
(Kawża T-815/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea opus AETERNATUM - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OPUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 032/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: For Tune sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Popławska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simplicity trade GmbH (Oelde, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Settembru 2016 (Każ R 152/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simplicity trade u For Tune.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
For Tune sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 14, 16.1.17.