25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)
(Kawża T-817/16) (1)
((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti V - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti - Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2019/C 72/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement A. Söder u D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2030/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy