Kawża T-818/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna prevista mill-Ġermanja insostenn tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-films — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà”)
C2312018MT2410120180516MT0029241252
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-818/16) ( 1 )
“(“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna prevista mill-Ġermanja insostenn tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-films — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà”)”2018/C 231/29Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Netflix International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Netflix, Inc. (Los Gatos, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Alberdingk Thijm, S. van Schaik, S. van Velze u E. H. Janssen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda, G. Braun u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 – 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (ĠU 2016, L 314, p. 63).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ippreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Franċiża, mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Filmförderungsanstalt.
3)
Netflix International BV u Netflix, Inc. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.
4)
Netflix International, Netflix, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Filmförderungsanstalt għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talbiet għal intervent.
( 1 ) ĠU C 30, 30.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy