14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – QB vs BĊE
(Kawża T-827/16) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera [2015] - Possibilità li tkun akkumpanjat minn Rappreżentant sindakali waqt l-intervista ta’ evalwazzjoni - Ksur tar-regoli tal-oġġettività u l-imparzjalità tal-evalwatur - Remunerazzjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta l-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju - Ammissibbiltà tal-provi - Posta eletronika skambjata bejn membru tal-persunal u l-“coach” tiegħu fuq l-kaxxa tal-posta elettronika professjonali - Responsabbiltà))
(2019/C 16/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: QB (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u B. Ehlers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 36.2 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-BĊE anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat FUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu 2015 u d-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjutaha l-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju u, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE tat-2 ta’ Mejju u tal-15 ta’ Settembru 2016 li jirrifjutaw, rispettivament, l-appell amministrattiv u l-ilment tar-rikorrenti u, it-tieni nett, kumpens għad-danni li r-rikorrenti ssostni li ġarrbet.
Dispożittiv
1)
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ QB dwar il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-2015 u d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tirrifjuta lil QB il-benefiċċju ta’ żieda fis-salarju huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn QB.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy