5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Consejo Regulador “Torta del Casar” vs EUIPO – Consejo Regulador “Queso de La Serena” (QUESO Y TORTA DE LA SERENA)
(Kawża T-828/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUESO Y TORTA DE LA SERENA - Protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini ‘Torta del Casar’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 2(2),Artikolu 3(1), u Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 042/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar” (Casar de Cáceres, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena” (Castuera, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2573/2014–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar” u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena”.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2573/2014–4) hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar”.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.