4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018 – Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il-Parlament
(Kawża T-829/16) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Il-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena finanzjarja 2015 - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali - Regolament (KE) Nru 2004/2003 - Projbizzjoni ta’ finanzjament indirett ta’ partit politiku nazzjonali”))
(2019/C 44/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouvement pour une Europe des nations et des libertés (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Varaut, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2016 li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena finanzjarja 2015.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mouvement pour une Europe des nations et des libertés għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy