Kawża T-831/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
C2002018MT3710120180424MT0047371371
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM)
(Kawża T-831/16) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ZOOM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”2018/C 200/47Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Zoom (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, K. Sidat Humphreys u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Leedsworld, Inc. (New Kensington, Pennsylvania, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1235/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kabushiki Kaisha Zoom u Leedsworld.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1235/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kabushiki Kaisha Zoom u Leedsworld, Inc. hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy