29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2019 — L-Isvezja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-837/16) (1)
(“REACH - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-użu tas-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar - Artikolu 60(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Eżami tan-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ alternattivi - Żball ta’ liġi”)
(2019/C 148/42)
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk u F. Bergius, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev u J. Lundberg, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal, K. Mifsud-Bonnici, K. Simonsson u G. Tolstoy, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning u M. Wolff, sussegwentement M. Wolff u J. Nymann-Lindegren, aġenti); ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A. Neergaard u A. Tamás, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u C. Schultheiss, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016 li tawtorizza għal ċerti użi s-sulfokromat taċ-ċomb isfar u s-sulfat tal-molibdat tal-kromat taċ-ċomb aħmar taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, hija annullata.
2)
It-talba tal-Kummissjoni intiża għaż-żamma, fil-każ ta’ annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C (2016) 5644 finali tas-7 ta’ Settembru 2016, tal-effetti ta’ din id-deċiżjoni sakemm hija tkun tista’ teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni hija miċħuda.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Isvezja.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy