2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — BP vs FRA
(Kawża T-838/16) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Aċċess għal dokumenti - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Regolamenti (KE) Nri 1049/2001 u 45/2001 - Protezzjoni tad-data personali - Dannu morali - Rabta kawżali”)
(2019/C 295/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BP (rappreżentant: E. Lazar, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: inizjalment C. Manolopoulos u M. O’Flaherty, sussegwentement M. O’Flaherty, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u I. Antypas, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.
Dispożittiv
1)
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) hija kkundannata tħallas lil BP is-somma ta’ EUR 5 000.
2)
Il-kumpens imsemmi fil-punt (1) iktar ’il fuq għandu jiġi miżjud b’interessi moratorji, mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sal-ħlas sħiħ, fir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
L-FRA u BP għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy