23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2018 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
(Kawża T-843/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Foto Paradies - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 142/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Strack u O. Bludovsky, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, R. Manea u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Digital Print Group O. Schimek GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Petri u M. Gilch, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPI tal-15 ta’ Settembru 2016 (R 1194/2015-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Digital Print Group O. Schimek u dm-drogerie markt.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy