11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Alpirsbacher Klosterbräu Glauner vs EUIPO (Klosterstoff)
(Kawża T-844/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Klosterstoff - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Trade mark ta’ natura li tqarraq bil-pubbliku - Artikolu 7(1)(b), (c), u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Prassi preċedenti tal-EUIPO”))
(2017/C 424/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG (Alpirsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u S. Hofmann, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2064/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Klosterstoff bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alpirsbacher Klosterbräu Glauner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.