1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – POA (COWBOYS HALLOUMI)
(Kawża T-847/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COWBOYS HALLOUMI - Trade mark ta’ ċertifikazzjoni verbali preċedenti tar-Renju Unit HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2018/C 352/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pagkypriosorganismos ageladotrofon (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Suġġett
Rikor ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2781/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u POA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.
Full & Egal Universal Law Academy