19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2018 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-852/16) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tat-8 u t-18 ta’ Marzu 2016 - Implementazzjoni mill-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri tal-miżuri previsti - Dokumenti redatti jew riċevuti mis-servizz legali ta’ istituzzjoni - Opinjonijiet legali - Analiżi dwar il-legalità tal-miżuri previsti fil-kuntest tal-implementazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali - It-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ opinjonijiet legali”))
(2018/C 104/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Wolfhagen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6030 finali, tad-19 ta’ Settembru 2016, li tikkonferma r-rifjut ta’ aċċess minnha lir-rikorrenti fir-rigward ta’ dokumenti ġejjin mis-servizz legali ta’ din l-istituzzjoni u li allegatament jirrigwardaw il-legalità tal-miżuri adottati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha bil-għan li jimplementaw l-azzjonijiet deskritti fid-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Unjoni, tat-8 ta’ Marzu 2016, adottata wara l-laqgħa tagħhom tal-istess jum mal-Prim Ministru Tork.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Access Info Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy