21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Barata vs Il-Parlament
(Kawża T-854/16) (1)
((“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Esklużjoni mil-lista definittiva tal-uffiċjali awtorizzati li jsegwu programm ta’ taħriġ - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża))
(2019/C 25/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: João Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta, avukati, u J. Grayston, solicitor)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Nessaf u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-29 ta’ Jannar 2016 u tad-deċiżjoni tal-konferma tad-29 ta’ Marzu 2016 li ma jitniżżilx ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali awtorizzati li jipparteċipaw fl-2015 għall-programm ta’ taħriġ abbażi tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tas-sena 2015, it-tieni nett, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal-25 ta’ Awwissu 2016, it-tielet nett, tal-Avviż ta’ Kompetizzjoni Interna 2015/023, iddistribwita lill-persunal fit-18 ta’ Settembru 2015, u, ir-raba’ nett, tal-abbozz tal-lista ta’ uffiċjali magħżula biex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ inkwistjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
João Miguel Barata huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy