7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2017 – Rare Hospitality International vs EUIPO (LONGHORN STEAKHOUSE)
(Kawża T-856/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea LONGHORN STEAKHOUSE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])
(2017/C 256/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rare Hospitality International, Inc. (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Lázaro Betancor, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2149/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LONGHORN STEAKHOUSE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rare Hospitality International, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 22, 23.1.2017.