11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2017 – Erdinger Weißbräu Werner Brombach vs EUIPO (Forma ta’ tazza kbira)
(Kawża T-857/16) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali - Forma ta’ tazza kbira - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)
(2017/C 424/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 659/2016-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea tat-trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma ta’ tazza kbira.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.