12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2018 – SilverTours vs EUIPO
(Kawża T-866/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”])
(2018/C 094/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SilverTours GmbH (Fribourg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Neuwald, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Novembru 2016 (Każ R 206/2016-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SilverTours GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.