25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-873/16) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni televiżiva - Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji - Esklużività territorjali - Evalwazzjoni preliminari - Assenjazzjoni ta’ drittijiet kuntrattwali ta’ partijiet terzi - Proporzjonalità”))
(2019/C 72/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Canal + SA (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach u O. de Juvigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, C. Urraca Caviedes u L. Wildpanner, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, J. Bousin, E. de Moustier u P. Dodeller, aġenti); Union des producteurs de cinéma (UPC) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: É. Lauvaux, avocat); C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Johansson u A. Acevedo, avukati); u European Film Agency Directors – EFADs (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. Sasserath, avukat)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta): Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Brussell) (rappreżentant: A. Fratini, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2016 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40023 – Aċċess transkonfinali għal televiżjoni bi ħlas) li tagħmel legalment vinkolanti l-impenji offruti minn Paramount Pictures International Ltd u Viacom Inc., fil-qafas ta’ ftehim ta’ liċenzja dwar kontenut awdjoviżiv li huma kkonkludew ma’ Sky UK Ltd u Sky plc
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Canal + SA, minbarra li għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, tħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, esklużi dawk relatati mal-intervent tar-Repubblika Franċiża, id-Diretturi tal-Aġenzija Ewropea tal-Films – EFADs, Produtturi tal-Films (UPC) u C More Entertainment AB, u l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC).
3)
Ir-Repubblika Franċiża, EFADs, UPC u C More Entertainment għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni marbuta mal-intervent tagħhom.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy