7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – RA vs Il-Qorti-tal-Awdituri
(Kawża T-874/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2016 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 11 - Assenza ta’ rapport ta’ evalwazzjoni - Paragun tal-merti”)
(2019/C 4/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RA (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Lesauvage, E. von Bardeleben u A.-M. Cosciug, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2016 li permezz tagħha l-Qorti tal-Awdituri ma ppromwovietx lir-rikorrent fil-grad superjuri (AD 11), abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2016, billi ma inkludietx ismu fil-lista ta’ uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2016.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2016 li RA ma jiġix promoss fil-grad AD 11 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2016 hija annullata.
2)
Il-Qorti tal-Awdituri hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy