4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2018 – Falcon Technologies International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-875/16) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rapport ta’ evalwazzjoni ta’ organu nnotifikat fis-sens tal-leġiżlazzjoni fil-qasam ta’ dikjarazzjoni ta’ konformità KE ta’ apparati mediċi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri - Rifjut ta’ aċċess parzjali”))
(2019/C 44/34)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Falcon Technologies International LLC (Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: R. Sciaudone u G. Arpea, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6722 final tal-14 ta’ Ottubru 2016 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għad-dokument DG (Saħħa) 2015-7552.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6722 final tal-14 ta’ Ottubru 2016 hija annullata, sa fejn din tirrifjuta aċċess parzjali għad-dokument DG (Saħħa) 2015-7552.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Falcon Technologies International LLC u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy