27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2017 – Karelia vs EUIPO (KARELIA)
(Kawża T-878/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali KARELIA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 402/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ino Karelia (Kalamata, il-Greċja) (rappreżentant: M. Karpathakis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1562/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali KARELIA bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ino Karelia hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 38, 6.2.2017.