26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2018 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)
(Kawża T-879/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Vieta - Użu ġenwin tat-trade mark - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 65(6) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorità ta’ res judicata”])
(2018/C 112/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Marpefa, SL (Barċellona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 1010/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa,
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 1010/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa, SL hija annullata.
2)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy