11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2019 – HJ vs EMA
(Kawża T-881/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Inammissibbiltà parzjali - Talba sabiex tingħata ordni - Aċċess tal-uffiċjali għall-fajl individwali tagħhom - Artikoli 26 u 26a tar-Regolamenti tal-Persunal - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fajl individwali magħmul aċċessibbli għal-membri kollha tal-persunal tal-EMA - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data ta’ natura personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni - Responsabbiltà - Danni morali”))
(2019/C 93/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: HJ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: I. Ratescu u F. Cooney, aġenti, assistiti minn S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni morali li r-rikorrent allegatament ġarrab wara l-iżvelar tal-fajl individwali tiegħu mal-membri kollha tal-persunal tal-EMA u, min-naħa l-oħra, għall-irtirar ta’ żewġ dokumenti minn dan il-fajl.
Dispożittiv
1)
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) hija kkundannata tħallas lil HJ EUR 1 simboliku bħala ħlas għad-danni morali mġarrba.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EMA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn HJ.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy