2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — BP vs FRA
(Kawża T-888/16) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-Persunal bil-kuntratt - FRA - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Deċiżjoni ġdida adottata wara annullament mill-Qorti Ġenerali - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà”)
(2019/C 295/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BP (rappreżentant: E. Lazar, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ April 2016 tal-FRA li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti, adottata wara l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-3 ta’ Ġunju 2015, BP vs FRA (T-658/13 P, EU:T:2015:356), u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy