29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2017 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)
(Kawża T-893/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MI PAD - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti IPAD - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi))
(2018/C 032/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Pékin, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avocats)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Olsen, P. Andreottola, solicitors u G. Tritton, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 363/2016-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Xiaomi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Xiaomi, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.