30.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2019 — Air France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-894/16) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Miżuri implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u tal-kumpanniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Sussidji għall-investiment - Differenzjazzjoni fit-tariffi tal-ajruport applikabbli għat-titjiriet nazzjonali u għat-titjiriet internazzjonali - Tariffi tal-ajruport imnaqqsa sabiex jinkoraġġixxu titjiriet mit-terminal il-ġdid ta’ Marseille-Provence 2 - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Nuqqas ta’ inċidenza sostanzjali tal-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”)
(2019/C 328/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société Air France (Tremblay-en-France, Franza) (rappreżentant: R. Sermier, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, C. Giolito u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Aéroport Marseille Provence SA (Marignane, Franza) (rappreżentant: A. Lepièce, avukat), Ryanair DAC, li kienet RyanairLtd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentant: E. Vahida u I.-G. Metaxas-Maranghidis, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta’ Frar 2014 dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (ĠU 2016, L 260, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Société Air France għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ryanair DAC u Airport Marketing Services Limited kif ukoll Aéroport Marseille Provence SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 46, 13.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy