22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE)
(Kawża T-905/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva NUIT PRECIEUSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EAU PRECIEUSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 381/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chefaro Ireland DAC (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, D. Walicka u D. Gája, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratoires M&L SA (Manosque, Franza) (rappreżentant: F. Cordt, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2596/2015-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Chefaro Ireland u Laboratoires M&L.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Chefaro Ireland DAC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy