22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2017 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sharma (NRIM Life Sciences)
(Kawża T-909/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NRIM Life Sciences - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti RYM - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2001]”])
(2018/C 022/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Anil K. Sharma (Hillingdon, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2376/2015–5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u A. K. Sharma.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Laboratorios Ern, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 53, 20.2.2017.