5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – RRTec vs EUIPO – Mobotec (RROFA)
(Kawża T-912/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RROFA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ROFA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 042/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: RRTec sp. z o.o. (Gliwice, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u M. M. Baldares, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mobotec AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: N. Köster, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 2392/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mobotec u RRTec.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RRTec sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 27.2.2017.