22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Rabbit vs EUIPO – DMG Media (rabbit)
(Kawża T-4/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 305/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rabbit, Inc. (Redwood City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Engelman, barrister, u J. Stephenson, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: DMG Media Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2133/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DMG Media Ltd u Rabbit, Inc.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Rabbit, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 156, 2.5.2016.
Full & Egal Universal Law Academy