14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/15
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – De Masi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-11/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Assenza ta’ deċiżjoni konfermattiva - Talba għal aċċess fuq il-bażi tal-kooperazzjoni interistituzzjonali skont l-Artikolu 230 TFUE - Dokumenti li jirrigwardaw ix-xogħlijiet tal-grupp ‘Kodiċi ta’ Kondotta (Fiskalità tal-Impriżi)’ istitwita mill-Kunsill - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”])
(2017/C 269/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Fischer-Lescano, professur)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, J. Baquero Cruz u A. Buchet, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u ntiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2015 bħala tweġiba għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti tal-grupp “Kodiċi ta’ Kondotta (Fiskalità tal-Impriżi)”, imressqa mir-rikorrent fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-9. Novembru 2015 li twieġeb għat-talba ta’ aċċess għall-istess dokumenti mressqa mill-President tal-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta’ Natura jew Effett Simili.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Fabio De Masi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 78, 29.2.2016.