9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/38
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/16) (1)
([“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Spejjeż sostnuti mis-Slovenja - Adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1059 - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])
(2017/C 006/47)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 303, p. 35), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-Repubblika tas-Slovenja.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016.