8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/43
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Karl Conzelmann vs EUIPO (LIKE IT)
(Kawża T-21/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali LIKE IT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 144/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Karl Conzelmann GmbH + Co. KG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Novembru 2015 (Każ R 223/2015-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LIKE IT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Karl Conzelmann GmbH + Co. KG huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 14.3.2016