8.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 144/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Comprojecto-Projectos e Construções et Gomes de Azevedo vs BĊE
(Kawża T-22/16) (1)
((“Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, għal annullament u għad-danni - Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-kapital - Miżuri korrettivi - Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Nuqqas ta’ preċiżjoni tar-rikors - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))
(2017/C 144/60)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda (Lisbona, il-Portugall), Julião Maria Gomes de Azevedo (Lisbona), Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo (Lisbona), Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (Lisbona) (rappreżentant: M. Ribeiro, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: A. Karpf, P. Ferreira Jorge u K. Kaiser, aġenti)
Suġġett
Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u maħsuba sabiex jiġi kkonstatat li l-BĊE astjena illegalment milli jaġixxi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Portugiżi fil-kuntest tal-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-kapital, fit-tieni lok, talba bbażta fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-att li bih il-BĊE rrivijja lir-rikorrenti s-sejħa għal teħid ta’ azzjoni li huma kienu bagħtulu u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas ta’ azzjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Comprojecto – Projectos e Construções, Lda, Julião Maria Gomes de Azevedo, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo u Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 106, 21.3.2016.