30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/33
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-41/16 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - ‘Halloumi’ jew ‘Hellim’ - Ċaħda ta’ oppożizzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 191/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd (Nikosija), Süt Ürünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija), et Fatma Garanti (Güzelyurt, Ċipru) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, J. Guillem Carrau u P. Aalto, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE intiża għall-kisba ta’ miżuri provviżorji dwar il-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-ġobon imsejjaħ “halloumi/hellim” bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta taħt ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy